Chun Wang
| Chun Wang | |
|---|---|
| Ħajja | |
| Twelid | Tianjin, 1982 (43/44 sena) |
| Nazzjonalità |
Malta Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
| Edukazzjoni | |
| Lingwi | Ċiniż |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni |
imprenditur direttur tal-films producer ċinematografiku ċinematografu astronawta |
Chun Wang (biċ-Ċiniż: 王纯; bil-Pinjin: Wáng Chún)[1] huwa investitur tal-kriptovaluta Malti-Kittitjan, imwieled Ċiniż, li kostabbilixxa l-F2Pool, wieħed mill-ewwel estratturi/ġeneraturi tal-Bitcoin fiċ-Ċina.[2][3]
Ħajja u karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Wang twieled għall-ħabta tal-1982 fi Tianjin, iċ-Ċina.[4] Huwa vvjaġġa għall-ewwel darba lil hinn minn raħal twelidu ftit wara li kellu 20 sena, u l-ewwel vjaġġ tas-safar tiegħu għamlu meta kellu 28 sena.[5] Huwa ma temmx il-kors universitarju li kien beda, u għamel diversi impjiegi tal-programmazzjoni tas-software fiċ-Ċina.[6] Fl-2011 huwa ssellef $40,000 mingħand missieru biex jinvesti fl-impriżi bikrin tal-kriptovaluti, u esperjenza telf finanzjarju fl-ewwel xhur. Huwa għamel gwadanji sal-2013, u kostabbilixxa l-F2Pool. Huwa vara l-impriża tal-kriptovaluti Stakefish fl-2018. Għal xi żmien, l-F2Pool kienet l-ikbar operazzjoni ta' estrazzjoni/ġenerazzjoni ta' Bitcoin fid-dinja.
Titjir spazjali privat
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-31 ta' Marzu (l-1 ta' April UTC) 2025, il-missjoni Fram2 ta' inġenju spazjali ta' Crew Dragon ġiet illanċjata b'suċċess. Din kienet l-ewwel titjira umana li marret f'orbita retrograda polari, jiġifieri taret fuq il-poli tad-Dinja. Il-missjoni damet 3.5 ijiem u ntemmet fl-4 ta' April 2025 fl-16:19:28 UTC (9:19:28 a.m. PDT, il-ħin lokali fis-sit tal-illandjar). Kienet l-ewwel missjoni ta' Crew Dragon li llandjat fuq il-Paċifiku.[7]
Fram2 ġiet iffinanzjata privatament u ġiet ikkmandata minn Wang. Ġiet operata minn SpaceX b'inġenju spazjali ta' Crew Dragon. Minbarra Wang, l-ekwipaġġ kien kollu ċivili — Jannicke Mikkelsen, Rabea Rogge u Eric Philips. Huwa kien ikkonċepixxa l-idea ta' titjira spazjali polari fl-2023, u pproponiha lil SpaceX. L-ekwipaġġ wettaq 22 esperiment iffukati fuq is-saħħa tal-bniedem u t-teknoloġija tal-esplorazzjoni spazjali, inkluż l-ewwel raġġ-X fl-ispazju. Chun Wang sar ċittadin Malti f'Awwissu 2023, u sar l-ewwel persuna minn Malta li vvjaġġa lejn l-ispazju. Kienet ukoll l-ewwel darba li persuni mhux Amerikani ħadu sehem f'titjira spazjali ċivili. Hu u l-membri tal-ekwipaġġ qattgħu xahrejn jitħarrġu fil-kwartieri ġenerali ta' SpaceX f'California.[8] Wang, li kellu l-għan li jżur kull pajjiż fid-Dinja, skeda l-vjaġġ spazjali biex ikun l-1,000 titjira tiegħu.[9]
Fil-21 ta' Mejju 2026, Wang ħabbar li kien se jieħu sehem fl-ewwel missjoni interplanetari lejn Marte bin-nies abbord inġenju spazjali, u li kienet se ddum sentejn u ttir qrib il-pjaneta mingħajr illandjar. Huwa qed jippjana wkoll li jieħu sehem f'missjoni lunari flimkien ma' Dennis Tito f'data mhux speċifikata.[10]
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Wang mar jgħix fit-Tajlandja fl-2015, imbagħad mar jgħix fil-Korea t'Isfel. Huwa ilu ċittadin ta' Malta minn Awwissu 2023[11] u ta' Saint Kitts u Nevis mill-2017.[12]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "华裔富豪王纯出资 SpaceX首载人绕飞地球南北极". www.zaobao.com.sg (biċ-Ċiniż). Miġbur 2026-05-24.
- ↑ "ASICs and entrepreneurs: The founding of China's first mining pool". f2pool (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-24.
- ↑ "SpaceX to launch bitcoin entrepreneur and three crewmates on flight around Earth's poles - CBS News". www.cbsnews.com (bl-Ingliż). 2024-08-13. Miġbur 2026-05-24.
- ↑ "Meet 42-year-old Chun Wang, crypto investor who bought SpaceX flight to circle around Earth" (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-24.
- ↑ Michael, Chisom (2025-03-07). "Chun Wang to become first Maltese citizen in space with historic polar orbit mission" (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-24.
- ↑ Borg, Neville (2025-03-06). "Meet Chun Wang, the first Maltese citizen in space" (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-24.
- ↑ ""First Space Force orbit data for Fram-2 out , showing it in a 202 x 413 km x 90.01 deg orbit"". X (formerly Twitter) (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-24.
- ↑ "Explorer, filmmaker, scientist, and a Bitcoin investor: Meet the SpaceX Fram2 crew making space history". 2025-04-01. Miġbur 2026-05-24.
- ↑ "Bitcoin tycoon Chun Wang blasts off on polar SpaceX flight to achieve world first" (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-24.
- ↑ "SpaceX". SpaceX (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-24.
- ↑ Sheetz, Michael (2024-08-13). "Crypto magnate buys SpaceX mission for private polar spaceflight expedition". CNBC (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-24.
- ↑ "fram2: First Human Spaceflight To Earth's Polar Regions". f2.com (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-24.